A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 14 ta' Dicembru 2014
Written by Frans Galea   
Saturday, 13 December 2014
bull14-12-2014.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 14 ta' Dicembru
                           2014
 
IT-TIELET HADD TAL-AVVENT, 2014 IL-FESTA TAL-FQAR FL-ISPIRTU
Written by Frans Galea   
Saturday, 13 December 2014

Din hija il- Liturgija  tat-Tielet Hadd  ta' l-Avvent bi hsibijiet min Joe Rapa.

img_5369-500.jpg
       San Gwann Battista jippriedka

    Kull min sab lil Alla kellu jistenna, kellu jishar, kellu jittama kontra kull tama.  Abraham stenna fuq li stenna fi xjuħitu biex jara l-Wegħda ta’ Alla li jkollu iben isseħħ.  Ġużeppi mibjugħ minn ħutu niżel sa fil-qiegħ ta’ ċella f’ħabs u qatta s-snin hemm qabel ma Alla għollih fuq kulħadd.  Israel stenna erba’ mitt sena fil-jasar tal-Eġittu biex b’għajnejh ra li Alla tassew jeżisti meta ħariġhom minn hemm bi driegħ qawwi u tahom art tnixxi ħalib u għasel.  U qabel daħlu f’pajjiż il-wegħda damu erbgħin sena jduru donnhom mitlufin ġo deżert, bla ma jifhmu s-sens ta’ dan id-dewmien kollu.

    David dam minn żogħżitu sa ma kellu erbgħin sena jiġri maħrub qisu brigand ippersegwitat mis-sultan tiegħu.  Dawn u tant oħrajn għaddew mill-forġa tal-prova qabel ma lemħu dak li Alla kien wegħdhom.  Alla dejjem juża dan il-proċess mal-magħżulin tiegħu u għandna raġun nistaqsu, “Dan għalfejn?”  Ir-raġuni ttenniha u terġa’ ttenniha l-Iskrittura.  “Huma l-fqar biss li jilqgħu ir-rigali ta’ Alla.  Huma l-fqar biss li jgħarfu lil Alla meta jkun għaddej minn quddiemhom.  Huma l-fqar li lesti jistennew, lesti jafdaw meta ma jifhmux u jibqgħu siekta, ma jgergrux quddiem Storja li trid tgħidilhom li Alla nesa, raqad, forsi lanqas jeżisti. 

 

Last Updated ( Saturday, 13 December 2014 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 07 ta' Dicembru 2014
Written by Frans Galea   
Saturday, 06 December 2014
bull7-12-14.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 07 ta' Dicembru
                            2014
 
IT-TIENI HADD TAL-AVVENT 2014 IS-SALVAZZJONI RIESQA LEJNA
Written by Frans Galea   
Saturday, 06 December 2014

Din hija il- Liturgija  tat-Tieni Hadd  ta' l-Avvent bi hsibijiet min Joe Rapa.

san_gwann09.jpeg
        Ikona ta' San Gwann Battista

   Illum qed tiġi magħmula mistoqsija li tmiss l-għerq tal-eżistenza tal-bniedem:  il-bniedem għandu bżonn salvazzjoni jew le?  Lil hemm mit-tagħlim ta’ bl-amment, huwa mportanti li anke jien u int nagħmluha din il-mistoqsija.  Hija mistoqsija li għandha risposta, imma rridu nfittxuha għax fuqha tiddependi l-Fidi tagħna fi Kristu Salvatur. 

   Is-soċjetà moderna, li nagħmlu parti minna aħna... is-soċjetà Ewropeja, dik Amerikana u tal-pajjiżi tal-punent fejn iċ-ċiviltà laħqet livell għoli ħafna, il-bniedem huwa mpressjonat bil-progress li rnexxielu jwettaq.  Dan il-progress huwa pożittiv f’ħafna aspetti bħal fit-teknoloġija, fix-xjenzi, fil-mediċina u anke fil-ħsieb, fil-libertà tal-individwu, fuq id-drittijiet ta’ kull wieħed u waħda minna.  Imma l-bniedem sar affaxxinat bih innifsu.  Qiegħed il-ħin kollu jgħid prosit lilu nnifsu u għall-mistoqsija li għamilna fil-bidu għandu risposta ħafifa: le, il-bniedem m’għandux bżonn ta’ salvazzjoni għax il-progress li ħalaq huwa nnifsu qed iwasslu biex isolvi hu stess il-problemi kollha.  Il-bniedem modern jemmen li għad jasal żmien, għad tasal ġenerazzjoni ta’ bnedmin, meta l-progress tant ikun kiber li l-bniedem ma jibqagħlux problemi xi jsolvi jew battalji x’jiġġieled għax ikun wasal fejn għandu jasal bil-ħila tiegħu, bl-għerf tiegħu, bl-invenzjonijiet tiegħu. 

 

Last Updated ( Saturday, 06 December 2014 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 30 ta' Novembru 2014
Written by Frans Galea   
Saturday, 29 November 2014
bull_30-11-14.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 30 ta' Novembru
                           2014
 
L-EWWEL HADD TAL-AVVENT 2014 IT-TAMA TAL-GHASSIES BIL-LEJL
Written by Frans Galea   
Friday, 28 November 2014

Din hija il- Liturgija  ta' l-Ewwel Hadd  ta' l-Avvent bi hsibijiet min Joe Rapa.

isaija1.jpg
                      Il-Profeta Isaija

 

    X’hemm isbaħ milli l-bniedem ikun jistenna ħwejjeġ sbieħ, ikollu viżjoni ottimista fuq il-futur, għandu ħerqa li jgħaġġel jgħaddi ż-żmien għax riesqa xi ħaġa sabiħa f’ħajtu?  Dan hu l-mod kif il-Knisja Ommna tistedinna nilqgħu sena liturġika ġdida bil-bidu tal-Avvent, il-bidu ta’ żmien ta’ tħejjija għall-miġja mbierka tal-Messija, ta’ Dak li jifdina, jixtrina mill-jasar;  ta’ Dak li ġie biex iħallas id-djun tagħna, ipatti għal ħżunija li toħroġ mill-mard ġewwieni tagħna; Dak li hu biss jagħmel sens u li barra minnu kollox hu frugħa, vojt, u jgħaddi.

     In-Nisrani huwa dak li dejjem iħares ’il quddiem lejn laqgħa ħajja ma’ Dak li ħabbu.  Hu dejjem iħares ’il quddiem lejn il-Grazzja u l-ikbar Grazzja hija li huwa jagħraf dejjem iktar lil Kristu u jgħaddi minn Fidi għal Fidi ikbar f’Dak l-Imbierek li lilu, għalkemm midneb, jagħmlu ġust, ilibbsu l-libsa tal-qdusija, jiġġustifikah bil-mert etrni tal-mewt u l-qawmien tiegħu. 

 

Last Updated ( Friday, 28 November 2014 )
Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 1 - 26 of 586
© 2014 www.xewkijaparish.org