top

Xewkija Parish

20 Sunday Ordinary Time (A)

Aħna noħolmu li iktar kemm ikollna relazzjoni mill-qrib ma’ Alla, iktar ngħixu fil-kwiet, ikollna s-Sliem fi djarna, ngħixu Ħajja ħbieb ma’ kuħadd għadu ma’ ħadd, inkunu qiesna oasi ta’ trankwillità f’dinja mqallba u mħawda minħabba l-egoiżmi tan-natura mwaqqa’ tal-bniedem.  Huwa veru li l-qalb li tistrieħ f’Alla ġġarrab paċi profonda li ħadd a jista’ jisraqulha, imma jekk nersqu lejn Alla bl-iskop li kollox jiġina dritt u jkollna risq f’kulma nagħmlu, allura jiġrilna dak li ġara lili meta wieħed katekista qalli: “Ħabib, inti tikber f’Alla tassew dak in-nhar li tkun ħafna ddiżappuntat biH!”  Għax il-bniedem ta’ Alla mhux ilma qiegħed iżda ilma mqalleb ta’ xmara kollha ħajja.  L-ilma qiegħed hu ilma marid, mejjet, li malli tqallbu tikka b’xi ġrajja negattiva, toħroġ l-intiena tal-Mewt minnu, l-irwejjaħ tan-nuqqas ta’ Fidi, tar-ribelljoni kontra Alla.

Il-Vanġelu tal-lum jippreżentalna vers klassiku dwar dan.  Kristu jaħsadna meta jgħid: “Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja?  Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn, u tnejn kontra tlieta…”  (Lq. 12, 51-52).  Hawnhekk u f’ħafna bnadi oħra Kristu, il-Verità waħdanija li biH l-Missier wera ruħu lill-bniedem, jidher bħala Sinjal ta’ Kontradizzjoni!  L-umanità għamja u mtaqqla titħawwad quddiemu iktar milli ssib xi tweġiba faċli u li tinftiehem malajr għall-gwajjijiet tagħha.  L-istess bħalu kienu l-Profeti u kull bniedem ġust li Alla bagħat qablu.  Kienu nies li ħabbew lill-poplu ta’ Alla iktar milli ħabbew lilhom infushom, imma kollha ġew mixlija li kienu għedewwa tal-poplu, u ħafna minnhom spiċċaw maqtula.  Se niltaqgħu ma’ Ġeremija fl-Ewwel Qari tal-lum.  Hu sinonomu mal-biki u t-tnehid tal-bniedem ta’ Alla quddiem it-taħsir tal-poplu.  Il-missjoni tiegħu kienet li juri mħabbtu billi jwiddeb għax ma setax jorqod bil-lejl quddiem dak li kien riesaq, għax hu kien qed jara ħwejjeġ li l-poplu ma kienx jara.  Fehmuh?  Le!  U spiċċa mwaddab għall-mewt ġo bir kollu ħama.  Madankollu, Ġeremija spiċċa aħjar minn ħafna minn sħabu l-profeti l-oħra. 

Where to find us

Chapel

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur elit sed do eiusmod tempor incididunt.
a