Tender for the Supply, Delivery, Installation, Testing & Commissioning of Electrical LV System, Luminaires and Lighting Control System for the Exterior of the Church of St. John the Baptist – Xewkija Rotunda – Xewkija, Gozo
𝐈𝐩𝐩𝐮𝐛𝐛𝐥𝐢𝐤𝐚𝐭𝐚 𝐬-𝐒𝐞𝐣ħ𝐚 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐎𝐟𝐟𝐞𝐫𝐭𝐢 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐈𝐥𝐥𝐮𝐦𝐢𝐧𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐭𝐚𝐫-𝐑𝐨𝐭𝐮𝐧𝐝𝐚 𝐭𝐚𝐱-𝐗𝐞𝐰𝐤𝐢𝐣𝐚
Il-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija, magħrufa aħjar bħala r-Rotunda, hija waħda mill-aktar binjiet distintivi u li tispikka fil-Gżejjer Maltin. Il-koppla maestuża tagħha, il-proporzjonijiet impressjonanti u l-pożizzjoni prominenti tagħha fil-qalba ta’ Għawdex jippożizzjonawha bħala ikona tal-wirt reliġjuż, kulturali u arkitettoniku ta’ pajjiżna.
Ir-Rotunda tax-Xewkija, bil-kobor u l-prestiġju artistiku tagħha, hija monument mill-isbaħ li jistħoqqilha tiġi ammirata mhux biss matul il-jum, iżda wkoll wara nżul ix-xemx.
Il-proġett propost ta’ illuminazzjoni esterna għandu l-għan li jkompli jsebbaħ il-knisja u joħroġ aktar il-karatteristiċi distintivi tagħha, filwaqt li jagħtiha preżenza impressjonanti matul il-lejl, li tkun tista’ titgawda kemm mir-residenti u kemm mill-viżitaturi, mhux biss mix-Xewkija iżda wkoll minn diversi nħawi oħra ta’ Għawdex u lil hinn. Għal dan il-għan, il-Parroċċa tax-Xewkija ħarġet Tender Pubbliku għall-Provvista u l-Installazzjoni tad-Dawl Estern tal-Knisja Parrokkjali.
Il-proġett għandu l-għan li jintroduċi sistema ta’ dawl imfassla b’attenzjoni sabiex tenfasizza l-karatteristiċi uniċi u l-identità distintiva ta’ din il-knisja monumentali, filwaqt li jiġu rispettati s-sinifikat storiku u dak reliġjuż tagħha. Meta jitlesta, dan il-proġett, li jħaddan ukoll kunsiderazzjonijiet ambjentali, mistenni jagħti dehra ġdida lir-Rotunda matul il-lejl, ikompli jsaħħaħ l-identità viżiva tax-Xewkija u jżid mal-ġmiel kulturali u arkitettoniku ta’ Għawdex.
Dan il-proġett qed jiġi implimentat b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u huwa ffinanzjat mill-Iskema għad-Dawl tal-Faċċati Esterni tal-Knejjes f’Għawdex.
L-aħħar data għas-sottomissjoni tal-offerti hija l-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2026, fil-11.00am.
_____________________________________________
𝐋𝐢𝐠𝐡𝐭𝐢𝐧𝐠 𝐔𝐩 𝐎𝐮𝐫 𝐇𝐞𝐫𝐢𝐭𝐚𝐠𝐞 – 𝐗𝐞𝐰𝐤𝐢𝐣𝐚 𝐑𝐨𝐭𝐮𝐧𝐝𝐚 𝐈𝐥𝐥𝐮𝐦𝐢𝐧𝐚𝐭𝐢𝐨𝐧 𝐓𝐞𝐧𝐝𝐞𝐫 𝐈𝐬𝐬𝐮𝐞𝐝
The Xewkija Parish Church, popularly known as the Xewkija Rotunda, is one of the most distinctive and iconic landmarks of the Maltese Islands. Its magnificent dome, impressive architectural proportions and prominent position in the heart of Gozo make it a recognisable feature of the island’s skyline and an important part of its religious, cultural and architectural heritage.
The Xewkija Rotunda, with its grandeur and architectural prominence, offers a remarkable landmark that deserves to be admired both during the day and after sunset. The proposed exterior lighting project aims to enhance its beauty and highlight its unique features, giving the church an impressive night-time presence that can be appreciated by residents and visitors alike, not only from Xewkija but also from different parts of Gozo and beyond. In this regard, Xewkija Parish has issued Public Tender for the Supply and Installation of the Exterior Lighting of the Xewkija Rotunda Parish Church.
The project aims to introduce a carefully designed lighting scheme that will enhance the architectural character and distinctive features of this monumental church, while respecting its historical and religious significance.
Once completed, the illumination is expected to transform the Rotunda’s night-time appearance, further enriching the visual identity of Xewkija and contributing to Gozo’s cultural and architectural appeal.
This project is being implemented in collaboration with the Ministry for Gozo and is funded through the Scheme for the Lighting of External Facades of Churches in Gozo, issued by the Environmental Innovation and Greening Directorate.
The deadline for submission of offers is Friday, 11th December 2026, at 11.00am
Download Tender Documents
Clarification 1
