A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 
Home
Festa tal-Maghmudija tal-Mulej PDF Print E-mail
Written by Trevor Sultana   
Tuesday, 12 January 2010

Nhar il-Hadd 10 ta' Jannar il-Knisja ghamlet il-festa tal-Maghmudija tal-Mulej li taghlaq iz-zmien liturgiku tal-Milied.  Din il-festa tfakkarna meta Gesu nizel fil-Gordan u tghammed minn Gwanni l-Battista, li "ghammed bl-ilma lil min tana l-Maghmudija biex l-ilma jiehu l-qawwa li jqaddes" (mill-prefazju tas-sollennita tat-Twelid ta' San Gwann Battista).  Il-qari f'din il-festa huwa: I Qari - Iz. 40, 1-5.9-11; II Qari - Tit. 2, 11-14.3, 4-7;  Evangelju - Lq. 3, 15-16.21-22.

 Ghall-parrocca taghna din hija festa specjali minhabba li hija relatata mill-qrib mal-patrun taghna San Gwann.  Infatti l-Quddiesa tat-8.30am kienet iccelebrata minn Mons. Isqof Mario Grech li ghammed zewgt itrabi.  Fil-mument tal-Maghmudija, it-tfal prezenti gew mistiedna biex isegwu mill-qrib l-ghoti ta' dan is-sagrament u bhala tifkira nghataw xemgha bajda li tfakkarhom fil-Maghmudija li hadu.

Maghmudija ta' Gesu - Leonardo
 
< Prev   Next >
© 2014 www.xewkijaparish.org